115 każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa… Ifiqu 39 persuna

F’pajjiżna, fl-aħħar 24 siegħa, wara li saru 3,144 swab test instau 115 każ ġdid ta’ COVID-19. Fl-istess waqt kienu ċċertifikati mfejqa 39 persuna. L-investigazzjoni dwar il-każi tal-lum għadhom għaddejjin.

Rigward il-każi tal-bieraħ, 43 tal-każi kienu membri tal-familja ta każi oħra li diġà kienu nstabu, 12 oħra kienu kolleggi fuq ix-xogħol, 2 kellhom kuntatt dirett ma’ individwi li kienu nstabu pożittivi għall-COVID-19, każ wieħed instab minn attivtà soċjali, 3 każi minn Paceville u 4 każi kienu mportati.

Share With: