13.5% distakk bejn il-PL u l-PN

Il-PL żied u l-PN naqqas mill-aħħar elezzjoni

Id-distakk bħalissa bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista f’każ ta’ Elezzjoni Ġenerali għada huwa dak ta’  13.6% favur il-Partit Laburista. Dan ir-riżultat jpoġġi d-distakk ta’ madwar 40,000 vot favur il-Partit Laburista. Dan ir-riżultat huwa simili ħafna għal dak tal-elezzjoni tal-2017. 

Jidher biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista li l-PN ma għamel l-ebda inroads s’issa. Ix-shifts żgħar ħafna li hemm bejn il-partiti qed jikkanċellaw lil xulxin. Fl-istess waqt ir-‘retention’ tal-voti tal-PL hija aħjar minn dik tal-PN. 

Minn dawk li vvutaw lil Partit Laburista fis-sena 2017, 84.2% qalu li jekk issir għada jerġgħu jivvutaw lill-Partit Laburista, waqt li 7.1% qalu li ma jafux, 6% ma jivvutawx u 1.5% qalu li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista.

Jekk nieħdu l-votanti li kienu vvutaw lill-Partit Nazzjonalista, naraw li 73.9% qalu li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista, 15.6% ma jivvutawx u 8.3% ma jafux. Hemm 2.2% li qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista.

Meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, wieħed jkun jista’ jsib replacement xjentifika għal dan il-grupp ta’ nies. Dan il-metodu jissejjaħ Multiple Imputation technique u b’hekk wieħed jipprova joħroġ ir-riżultat aktar ċar tar-riżultati finali ta’ dak li jista’ jiġri. B’hekk it-tbassir tar-riżultat f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada huwa,  55.6% jivvutaw PL,  42.2% jivvutaw PN u  2.1% jivvutaw AD jew partiti oħra.

Share With: