142 każ ġdid … Ifiqu 52 persuna

In-numru ta’ każijiet attivi ta’ Covid-19 komplew jiżdiedu għal 1,347 wara li llum ħarġu 142 każ ġdid minn fost 2,404 swab test mentri 52 oħra fiequ mill-virus. 

Intant mill-każi ġodda li tħabbru lbieraħ irriżulta li 46 kienu membri tal-familja ta’ każijiet magħrufa, 18 kienu kollegi tax-xogħol ta’ każi li kienu pożittivi għall-Covid-19, kien hemm tliet każi oħrajn mill-cluster ta’ Paceville u disa’ każi oħra li kellhom kuntatt dirett ma’ każi pożittivi.

Bil-każijiet ġodda mħabbra lbieraħ, n-numru ta’ dawk li laqqtu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna tela’ għal 4,628.

OFFICIAL COVID-19 figures for 18•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Sunday, 18 October 2020
Share With: