155 każ ġdid, filwaqt li jirkupraw 49 persuna

Minn 2,823 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 155 każ ġdid. Fl-istess waqt kien hemm 49 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa telgħu għal 1,649. 

Intant bil-każi tal-lum qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ irriżultaw 20 każ ta’ membri tal-familja li ġew f’kuntatt ma’ qraba pożittivi, 12-il każ ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każi oħrajn pożittivi, 14-il każ minn attivitajiet soċjali u żewġ każi kienu importati.

Share With: