202 trabi jitwieldu permezz tal-IVF

Minn Claudio Coleiro

Minn kemm ilu jiġi offrut is-servizz tal-IVF f’Mater Dei, jiġifieri minn Jannar tal-2015, twieldu total ta’ 202 trabi – 112 bniet u 90 subien. Dawn twieldu bħala 139 singletons, 27 set ta’ tewmin u tliet settijiet ta’ triplets. 

Statistika li għandha f’idejha Inewsmalta turi li miċ-ċikli li saru fl-2015 twieldu 41, miċ-ċikli tal-2016 twieldu 50, miċ-ċikli tal-2017 twieldu 44, miċ-ċikli tal-2018 twieldu 44, miċ-ċikli tal-2019 twieldu 15 u minn ta’ din is-sena sa issa twieldu 8 trabi minn nisa li għamlu ċikli f’Jannar li għadda.

Minn total ta’ 202 trabi, 10 twieldu permezz ta’ ċikli b’embrijuni krijopriservati, wara li sar tibdil fil-Liġi li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2018. Bħalissa hemm ħames nisa oħra li qed jistennew li jwelldu minn ċikli oħra li saru matul din is-sena. 

F’kummenti lil dan il-ġurnal, kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa qaltilna li minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-proċessi kienu waqfu għal ftit xhur u li issa dawn qegħdin isiru b’ħafna prekawzjonijiet bħal swabbing fost oħrajn.

Share With: