204 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa… L-akbar ammont minn kemm ilha bdiet il-COVID-19 f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna, instabu 204 każi ġodda ta’ COVID-19. Dan wara li sari 2,285 swab tests. L-investigazzjonijiet dwar dawn il-każi għadha għaddejja u tkun maħruġa għada. Matul il-jum tal-bieraħ kienu ddikjarati mfejqa 42 persuna.

Intant, mill-każi li nstabu lbieraħ, 32 kienu membri tal-familja li kellhom kuntatt ma’ familjar oħrajn li kienu diġà infettati, 6 kienu kollegi li kellhom kuntatt ma persuni infettati fuq il-post tax-xogħol, 5 minn cluster ta’ Paceville, 7 kellhom kuntatt dirett ma’ persuni li preżentament għandhom il-COVID-19 u żewġ każi importati minn barra.

Share With: