23 powerboat destinati għal-Libja konfiskati fuq suspett li kienu se jintużaw biex iwasslu immigranti lejn l-Ewropa

Tlieta u għoxrin powerboat li kienu destinati għal-Libja ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet Maltin fuq suspett li dawn kienu se jintużaw għal skop ta’ immigrazzjoni irregolari lejn l-Ewropa.

L-iStrategic Trade and Sanctions Monitoring Unit (STMSU) fi ħdan id-dipartiment tad-Dwana interċettaw it-23 powerboat li kienu maħżunin fi 23 kontejner flimkien ma’ oġġetti oħrajn. Il-kontejners kienu qed jinżammu fil-Port Ħieles.

Id-Dipartiment tad-Dwana qal li d-dgħajjes ġew interċettati matul dawn l-aħħar xhur u ġimgħat. Id-dipartiment kompla jgħid li wara diskussjonijiet mall-Bord ta’ Monitoraġġ ta’ Sanzjonijiet, ittieħdet id-deċiżjoni li d-dgħajjes jiġu konfiskati minħabba t-tħassib li dawn kienu se jintużaw biex iwasslu immigranti lejn l-Ewropa.

Share With: