31 plejer tas-Serie A pożittivi għall-Covid-19

Skond statistika, hemm 31 plejer tas-Serie A li wara sensiela ta’ swab tests li saru, rriżultaw pożittivi għall-coronavirus. Forsi l-iktar wieħed li għamel ħoss f’dawn l-aħħar jiem kien il-plejer Portugiż ta’ Juventus, Cristiano Ronaldo, li waqt li kien mat-team nazzjonali ta’ pajjiżu laqqat dan il-virus u se jkollu jibqa’ f’iżolament għall-15-il ġurnata li ġejjin.

Fl-istess waqt hemm ukoll l-akkwist il-ġdid ta’ Juventus, Weston McKennie, li nstab pożittiv għal dan il-virus li ħakem u litteralment farrak lid-dinja. 

L-iktar team li għandhom plejers pożittivi huma Genoa fejn 10 minnhom jinsabu f’iżolament bi stennija li jerġgħu jagħmlu swab test u eventwalment jirriżultaw fin-negattiv.

Inter għandhom sitt plejers li mhux se jkunu disponibbli fil-jiem li ġejjin u dawn huma Alessandro Bastoni, Milan Skriniar, Radja Nainggolan, Roberto Gagliardini, Ionut Radu u Ashley Young.

AC Milan għad għandhom lil Leo Duarte u Matteo Gabbia li baqgħu ma rkuprawx mill-Covid-19 filwaqt li Piotr Zielinski u Eljif Elmas għandhom l-istess problema għal Napoli.

Interessanti huwa l-fatt li Parma ma semmewx l-ismijiet tal-erba’ players li nstabu pożittivi għal dan il-virus.

Share With: