37 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 43 persuna oħra

Minn 2,574 swab test li saru fuq medda ta’ 24 siegħa, irriżultaw 37 każ ġdid ta’ persuni infettati bil-Covid-19. Fl-istess kien hemm 43 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi jkompli jonqos, biex issa jammonta għal 455 każ.

Intant filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-każi reġistrati llum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm tliet każi li rriżultaw minn tixrid tal-virus fost qraba, tliet każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każijiet oħrajn diġà pożittivi, tliet każi oħrajn mill-cluster ta’ Residenza San Ġużepp, każ ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, u żewġ każi relatati ma’ attivitajiet soċjali.

Share With: