68 każ ġdid ta’ Covid-19; Jirkupraw 53 persuna

Fi żmien 24 siegħa kien hemm 68 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Dan filwaqt li kien hemm 53 persuna oħra li kienu reġistrati bħala li rkupraw mill-virus. Dan ifisser li għal darb’oħra kien hemm żieda fin-numru ta’ każi attivi, li issa jammontaw għal 536 każ.

Fuq l-istess medda ta’ ħin ittieħdu 2,497 swab test, biex it-total kumplessiv tas-swab tests minn Marzu ’l hawn issa jammonta għal 270,088.

Intant mill-każi tal-bieraħ kien hemm 12-il każ ta’ qraba ta’ każi diġà pożittivi, tmien każi ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, u 12-il każ ieħor li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.

Share With: