75 każ ġdid … Ifiqu 74 persuna

Mill-2,946 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 75 każ ġdid ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 74 persuna li rkupraw mill-virus, biex b’hekk in-numru ta’ każi attivi tela’ għal 1,915.

Bil-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 11-il każ ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ persuna pożittiva għall-Covid-19 fil-familja tagħhom, erba’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, tmien każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni diġà pożittivi għall-Covid-19, każ importat, u sitt każi minn attivitajiet soċjali.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/216474476737770
Share With: