80 każ ġdid … Ifiqu 63 persuna

In-numru ta’ każijiet attivi ta’ Covid-19 komplew jiżdiedu għal 1,895 wara li llum ħarġu 80 każ ġdid minn fost 2,811 swab test mentri 63 oħra fiequ mill-virus. 

Intant mill-każi ġodda li tħabbru lbieraħ irriżulta li 31 kienu membri tal-familja ta’ każijiet magħrufa, tmienja kienu kollegi tax-xogħol, tmien każi oħra li kellhom kuntatt dirett ma’ każi pożittivi, żewġ każi impurtati, każ mill-cluster ta’ Paceville u tliet każi relatati ma’ tlaqqigħ soċjali.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/215870266798191
Share With: