AĠĠORNAT: Il-Pulizija qed tinvestiga dwar kumment ta’ mibegħda fil-konfront ta’ Ministru

Dan is-sit jinsab infurmat li l-kumment ta’ mibegħda fil-konfront tal-Ministru Ian Borg, li beda jiċċirkola aktar kmieni, qed jiġi investigat. Il-Pulizija kkonfermat ma’ inewsmalta li l-pulizija mis-sezzjoni ta’ Kontra l-Vizzji għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-kumment.

Aktar kmieni: “Aktar ma jattakkawna, aktar naħdmu. Fuq l-għatba ta’ baġit ieħor li qed jagħmel Gvern Laburista, b’ottimiżu inkomplu naħdmu.” Hekk rreaġixxa l-Ministru Ian Borg għal kummenti ta’ mibegħda li qed jiċċirkolaw fil-midja fl-aħħar sigħat.

Wara kummenti ta’ mibegħda fil-konfront tal-Ministru Aaron Farrugia, fl-aħħar sigħat kien hemm ukoll dawk fil-konfront tal-Ministru Borg b’kumment minnhom jgħid “Morru sparaw fuq Ian Borg, nassigurak li tieħu aktar gost milli tpqtol għasfur daqs naqra”.

Intant dwar il-baġit tat-Tnejn li ġej fakkar dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela dwar dan il-baġit u l-fatt li dan se jkun immirat biex jgħin lill-bgħatut u liż-żgħir.

Share With: