AĠĠORNAT: “Mhux ġust li Yorgen Fenech iqatta’ l-bqija ta’ ħajtu l-ħabs wara deċiżjoni li tkun ibbażata fuq xhieda falza”

Illum tkompli l-kumpilazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kontra l-allegat mandant tal-qtil, Yorgen Fenech. Il-Maġistrat Rachel Montebello qegħda tippresedi s-seduta.

Agħmel refresh biex tara l-aħħar aġġornamenti…

13.35: Tiġi fi tmiemha s-seduta għal-lum, bis-seduta li jmiss se tkun qed tiżvolġi nhar it-Tlieta li ġej.

13.31: Id-digriet dwar din is-sottomissjoni se tiġi ppreżentata mill-Qorti għada.

13.29: Mercieca jisħaq: “Jekk l-Avukat Ġenerali jżomm f’idu l-inkjesta, iktar evidenza tista’ tintilef għall-klijent. Jekk l-Avukat Ġenerali jippersisti, u l-evidenza tintilef, l-akkużat mhux se jkollu rimedju.”

13.28: Id-Deputat AG saħaq li din tiġi ppreżentata l-Qorti nhar it-Tlieta li ġej, u “mhux meta huwa denju għal Mercieca.”

13.27: Mercieca jisħaq li jekk il-Qorti ma jingħatax id-dritt li jippreżenta l-evidenza huwa kompletament, se jressaq biex jiddikajra din il-kumpilazzjoni tax-xhieda bħala nulla. Id-difiża titlob ukoll biex l-Avukat Ġenerali tippreżenta lill-Qorti rapport dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, u qiegħed jistaqsi meta din l-inkjesta kienet konkluża mill-Aavukat Ġenerali.

13.22: L-Ispettur Keith Arnaud joġġezzjona wkoll għat-talba li saret. Huwa jgħid li l-Prosekuzzjoni hija mħassba sew fuq is-sigurtà tax-xhud Melvin Theuma, u informazzjoni bħal din tista’ tkun ta’ periklu għalih.

13.21: Azzopardi jistaqsa lill-Qorti biex tixtarr sentenzi preċedenti li ngħataw fejn id-data kienet mitluba mill-Pulizija. “Fdawn il-każijiet, il-Qorti saħqet li jekk iseħħ dan, kien joħloq preċedent perikoluż għall-bqija ta’ proċeduri kriminali.”

13.19: Hekk kif Galea Farrugia temm is-sottomissjonijiet tiegħu, l-avukat Jason Azzopardi għall-familja tal-vittma qiegħed jindirizza lill-Qorti.

13.18: “Mhux ġust li Yorgen Fenech iqatta’ l-bqija ta’ ħajtu l-ħabs wara deċiżjoni li tkun ibbażata fuq xhieda falza,” tenna Mercieca.

13.17: L-Avukat Mercieca jisħaq li jekk id-Deputat Avukat Ġenerali vera jemmen li dawn mhux relevanti, “iddikjarah fil-Qorti.” Id-Deputat Avukat Ġenerali jisħaq li l-kummenti ta’ Mercieca mhumiex denji f’dan l-istadju.

13.08: L-istess Galea Farrugia jisħaq li d-Difiża għandha tipprovdi relevanza għall-individwi kollha msemmija llum fil-parti tas-seduta li kienet magħluqa. Dan għax l-ismijiet jinkludu avukati, kif ukoll persuni ta’ ċertu profil. Huwa tenna li l-ġbir tad-data ċellulari tagħhom kollha tikkostitwixxi ksur kbir tad-drittijiet legali tagħhom.

13.06: Galea Farrugia għal darb’oħra kkundanna l-attakki “personali” min-naħa ta’ Mercieca, u saħaq li provvedimenti bħal dawn huma iktar għal għajn in-nies, milli għal din il-Qorti.

13.05: Il-Qorti sejra tiddeċiedi mill-kamra dwar iż-żewġ rikors ippreżentati.

13.04: Galea Farrugia jkompli jisħaq li l-proċess verbal se jiġi esebit fis-6 ta’ Ottubru. Huwa tenna li kien hemm imsemmija numru ta’ karozzi bomba li m’għandux x’jaqsam magħhom Fenech li ma ġewx riżolti.

13.03: Jirribatti d-Deputat Avukat Ġenerali, li jisħaq li dikjarazzjonijiet bħal dawk ta’ Mercieca “qegħdin jagħtu xow lill-ġurnalisti preżenti. Dikjarazzjonijiet bħal dawn huma xokkanti.”

13.01: Mercieca staqsa għaliex ix-xhieda ta’ Keith Schembri ġiet sospiża, meta l-istess Schembri huwa wkoll xhud kruċjali f’dan il-każ. “Kulħadd qiegħed jisħaq li Fenech huwa l-akkużat, meta l-assassini vera qegħdin barra minn din il-Qorti jiġu protetti.”

12.59: Mercieca jisħaq li l-proċess mhux qiegħed ikun ġust għall-akkużat. “Lanqas ma ġejna mogħtija kopja tal-informazzjoni fuq il-mobile phone tal-akkużaat, jew inkella recordings oħra li jikkontradixxu dak li ġie ppreżentat mill-Prosekuzzjoni. Lil min qiegħed jipproteġi l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali? Kif jista’ jkun li l-evidenza qiegħda tiġi kkunsidrata importanti mill-partijiet kollha, mhix qiegħda tiġi protetta mill-Avukat Ġenerali?”

12.51: Tkompli s-seduta, b’Mercieca jkompli bis-sottomissjonijiet tiegħu.

12.40: Il-ġurnalisti jintalbu joħorġu barra mill-Awla, hekk kif il-parti li jmiss tas-sottomissjoni ser ssir fil-privat.

12.38: Jinqala’ battibekk ieħor bejn l-avukat Mercieca u l-avukat parte civile Jason Azzopardi. Il-Maġistrat Montebello tfakkar lid-difiża li l-informazzjoni mitluba kienet tikkonċerna lit-12-il xahar li għadda. Mercieca jisħaq kif l-evidenza għandha tiġi ppreservata il-ħin kollu, u mhix sempiċiment minn dawk li jixhdu, jew inkella mill-prosekuzzjoni, iżda anke mill-akkużat.

12.32: “Bħalissa, m’għandniex l-evidenza li turi verament min huwa l-mandant ta’ dan il-qtil.” Mercieca jisħaq li din l-informazzjoni kapaċi titneħħa minħabba raġunijiet ta’ GDPR.

12.30: Jiinqala’ batitbekk bejn Mercieca u Galea Farrugia, bil-Maġistrat Montebello twissi liż-żewġ avukati dwar l-atteġġjament tagħhom. Mercieca akkuża lill-prosekuzzjoni li qegħdin iwaqqfuhom milli jissalvagwardjaw din l-evidenza, filwaqt li talab li kwalunkwe evidenza rigward call profiles, data tal-post u l-ħinijiet ta’ ċerti persuni jiġu esebiti. Dan bil-għan li l-informazzjoni ma titneħħiex abbażi tal-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data.

12.25: Mercieca kompla saħaq li l-klijent tiegħu irid jippreżenta xi evidenza fid-dawl tal-każ, skont kif tippermetti l-liġi.

12.25: Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia jirribatti, li qiegħed imexxi l-prosekuzzjoni, u saħaq li l-proċedura mitluba mid-difiża mhix korretta.

12.23: L-Avukat Charles Mercieca, li qed jirrappreżenta lil Yorgen Fenech, beda s-sottomissjonijiet tiegħu, rigward in-notifika min-naħa tal-Avukat Ġenerali. Huwa sostna l-importanza li l-Avukat Ġenerali jagħti l-pożizzjoni tiegħu fuq talba tal-familja ta’ Melvin Theuma.

12.20: Is-seduta se terġa’ tkompli.

12.09: Is-seduta għadha kif ġiet sospiża gġal ftit minuti. Dan għaliex kien hemm applikazzjoni mill-avukata ta’ Melvin Theuma relevanti għall-każ. L-Avukat Jason Azzopardi, parte ċivile u l-prosekuzzjoni ma kinux informati, allura l-Maġistrat ssospendiet is-seduta għal ftit minuti.

Share With: