Aġġornata: Raġel l-isptar wara li nqaleb bil-vettura f’Ħal Qormi

Raġel qed isofri minn xi ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Manuel Dimech f’Ħal Qormi.

Il-Pulizija ssejħet fil-post wara li vettura għal xi raġuni spiċċat maqluba fuq il-ġenb.

Fil-post issejħu wkoll ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

Il-kundizzjoni tar-raġel; li aktar tard ġie identifikat bħala Indjan ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, għadha mhijiex magħrufa.

Share With: