Alessio Cerci ma’ Arezzo

Il-club li jilgħab fis-serie C Taljana, Arezzo, għadhom kemm ħabbru akkwist prestiġjuż meta kisbu s-servizzi tal-ex attakkant internazzjonali Taljan Alessio Cerci. Dan tal-aħħar għandu 33 sena u kien ilu aġent ħieles sa minn Settembru li għadda meta ħalla lil Salernitana. Dawn l-aħħar staġuni xejn ma kienu faċli għal dan il-plejer magħruf bħala skorer prolifiku meta beda jnaqqas ferm mil-logħob tipiku tiegħu. Fil-fatt fl-aħħar avventura tiegħu fit-Turkija ma’ Ankaragucu, hu skorja biss goal fi 12-il dehra li kellu. 

Mill-banda l-oħra, Cerci lagħab ma’ diversi timijiet prestiġjużi fosthom Torino, Atletico Madrid, AC Milan, Roma, Fiorentina u Genoa. Madankollu l-aqwa tal-karriera tiegħu għamlu mal-Granata meta skorja 21 goal f’71 partita milgħuba.

F’kumment li ta lis-sit uffiċjali tal-club mill-belt ta’ Arezzo, Cerci qal li dan il-club jista’ jkun strumentali sabiex jagħti ħajja lill-karriera tiegħu.

Share With: