Alexis Saelemaekers determinat li jgħin lil Milan

Isem Alexis Saelemaekers sar sinonimu mal-partitarji ta’ AC Milan li qed jaraw lil dan il-player ikompli jżid fil-kalibru tiegħu.

Hu wasal fil-belt tan-naħa ta’ fuq tal-Italja f’Jannar li għadda wara li ġie akkwistat mingħand Anderlecht fuq bażi ta’ self. Hu kellu l-isfortuna li jasal f’mument diffiċli mar-Rossoneri minħabba li xahar u nofs wara l-istaġun kellu jieqaf għal xi ftit xhur minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Madankollu l-aħħar wirjiet tiegħu fil-kampjonat Taljan mar-Rossoneri tjiebu ferm tant li skorja żewġ goals f’16-il partita matul is-sena 2020.

Intqal li Saelemaekers jinsab għal qalbu mar-Rossoneri u jixtieq jikkontribwixxi aktar biex jara lit-tim tiegħu jikseb riżultati tajbin matul dan l-istaġun.  

Share With: