Alfred Sant

Alfred Sant jinħatar Kap tad-Delegazzjoni tal-PL fil-Parlament Ewropew

Alfred Sant se jkun il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew.

Waqt laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista tressqet proposta sabiex Alfred Sant ikun il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew. Din il- proposta ġiet milqugħa mill-membri tal-Eżekuttiv unanimament.

Il-proposta saret wara li l-Kap tad-Delegazzjoni preċedenti, Miriam Dalli issa qed tifforma parti mill-Grupp Parlamentari Laburista.

Alfred Sant serva bħala Prim Ministru u eks Mexxej tal-Partit Laburista. Mill-2014 ‘l hawn, huwa serva wkoll bħala Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista jawgura lil Alfred Sant f’din il-kariga ġdida għalih filwaqt li jisħaq favur aktar ħidma fl-aħjar interess ta’ pajjiżna.

Share With: