Antonio Donnarumma minflok Gianluigi?

Hekk kif bħalissa l-goalkeeper regolari ta’ AC Milan, Gianluigi Donnarumma, jinsab fi kwarantina wara li nstab pożittiv għall-Covid-19, id-diriġenti Rossoneri qed jaraw kif jagħmlu minħabba li qed iħossu sew in-nuqqas tiegħu.

Wara li l-coach ta’ Milan, Stefano Pioli, ta ċans lil Ciprian Tatarusanu bejn il-lasti, dan tal-aħħar ftit ikkonvinċa fil-logħba kontra Roma u għalhekk jista’ jerġa’ jitlef postu.

Bejn il-lasti jista’ jispiċċa Antonio Donnarumma li jiġi ħu Gianluigi u li s’issa kellu tliet darbiet ċans li jgħasses il-lasti tat-team u jixtieq li jerġa’ jkollu opportunitá oħra.

Sadanittant ħuh qed jistenna r-riżultat tat-tieni swab test li sarlu u jittama li jerġa’ jirritorna fl-ewwel 11 ma jdumx. Hu waqed jinnegozja mal-klabb permezz tal-aġent Mino Raiola sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu.

Share With: