Anzjan jindarab gravi f’inċident bir-rota f’Ħal Għaxaq

Raġel indarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:00 p.m kien involut f’inċident stradali li seħħ fi Triq Dawret Ħal Għaxaq f’Ħal Għaxaq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 62 sena residenti Santa Luċija kien tilef il-kontroll tar-rota li kien qiegħed isuq.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistewh sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: