Anzjan ta’ 73 sena huwa t-53 persuna li miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjan ta’ 73 sena miet aktar kmieni llum waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Ottubru u ddaħħal l-isptar Mater Dei fit-18 ta’ Ottubru.

L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika, u l-użu tal-maskra kullimkien.

Share With: