Anzjan ta’ 77 sena l-50 persuna li miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjan ta’ 77 sena miet ilbieraħ waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-13 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura f’residenza tal-anzjani fejn kien jgħix.

L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika, u l-użu tal-maskra kullimkien.

Share With: