Anzjana ta’ 72 sena hija s-46 persuna li mietet waqt li kienet pożittiva għall-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjana ta’ 72 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-13 ta’ Ottubru, u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet aktar kmieni llum.

L-anzjana kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.Attachments area

Share With: