Anzjana ta’ 88 sena hija t-tieni persuna li mietet bil-Covid-19 illum

Anzjana ta’ 88 sena hija t-tieni anzjana li tħabbret il-mewt tagħha kaġun tal-Covid-19 illum. Dan ifisser li s’issa n-numru ta’ persuni li mietu bil-virus jammonta għal 55 persuna.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva fl-20 ta’ Ottubru li għadda u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fil-21 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet aktar kmieni llum.

L-anzjana kienet tbati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana filwaqt li appella lill-poplu biex jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

Share With: