ARA: “Kollega b’qalb tad-deheb u tbissima mill-isbaħ” … Christ Zahra jingħata l-aħħar tislima

Għadd ta’ persuni nġabru fil-pjazza ta’ Ħal Safi, sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil Christ Zahra. Fost dawn kien hemm diversi ħaddiema li kienu kollegi fuq il-post tax-xogħol. Minkejja li l-Knisja kienet miftuħa biss għall-familja tal-vittma, barra kien hemm big screen li xandar il-quddiesa kollha.

Il-Malta Freeport Terminal aktar kmieni għalaq b’turija ta’ rispett lejn Christ Zahra, li l-ġimgħa li għaddiet tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jaħdem. Il-Port Ħieles baqa’ wieqaf bejn nofsinhar u l-4.00 p.m. waqt li Christ Zahra kien qiegħed jingħata l-aħħar tislima.

Nhar it-Tlieta li għadda Christ, li huwa missier ta’ 36 sena residenti Ħal Safi, kien qed juża lifter meta għal xi raġuni kontejner waqa’ fuq il-kabina tal-lifter bil-konsegwenza li miet fil-post.

Zahra kellu relazzjoni tajba ħafna mal-kollegi tiegħu fuq il-post tax-xogħol u fost il-ħafna kummenti kien hemm dawk li b’mod ġenerali ddeskrivewh bħala “kollega b’qalb tad-deheb u tbissima mill-isbaħ”.

Share With: