ARA: “Mill-Ħadd sal-lum kien hemm ‘il fuq minn 100 tessera ġdida … bdiet ir-riġenerazzjoni tal-partit”

Filmat: ALAN SALIBA

Fl-ewwel tweġibiet lill-ġurnalisti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li diġà beda jaħdem biex din l-oppożizzjoni tiġġeded u tingħaqad biex tkun tista’ tikkonvinċi lin-nies li jistgħu jafdawha. B’hekk hu bħala kap se jkun qed jara li kull membru jkun hemm fi djalogu man-nies.

Għall-mistoqsija ta’ dan is-sit il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kkonferma li kien hemm xi persuni li rriżenjaw u oħrajn li telqu mill-partit. Fuq nota pożittiva, Grech qal li kien hemm ‘il fuq minn 100 tessera ġdida mill-Ħadd sal-lum u dan ifisser li r-riġenerazzjoni tal-partit diġà bdiet.

Żied jgħid li kull persuna li jitlaq mill-partit jinkwetah u jweġġgħu qed ikellimhom biex jikkonvinċihom li l-uġigħ tagħhom qed iħossu hu wkoll u li flimkien xorta waħda jistgħu jaħdmu għall-ġid tal-partit u tal-pajjiż.

Share With: