Arkadiuz Milik jitħalla barra mil-lista ta’ Napoli

L-attakkant ta’ Napoli Arkadiuz Milik tħalla barra mil-lista ta’ plejers li l-Partenopei ħejjew sabiex jipparteċipaw fil-kampjonat tas-Serie A kif ukoll fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League.

Dan ifisser li l-plejer ta’ 26 sena ma jistax jilgħab partita uffiċjali mal-Partenopei sa Jannar li ġej meta probabbli jingħaqad ma’ club ieħor.

Dan il-fatt urta bis-sħiħ lill-iskorer prolifiku Pollakk bil-player jisfoga r-rabja tiegħu b’mod pożittiv meta skorja wieħed mill-goals fir-rebħa kbira ta’ 5-1 li t-team ta’ pajjiżu kiseb kontra l-Finlandja. 

Milik huwa kkunsidrat bħala żejjed għall-coach ta’ Napoli, Gennaro Gattuso, tant li ma jinsabx fil-pjani tiegħu speċjalment wara li naqsu milli jċeduh lil club ieħor.

Share With: