Arrestata persuna b’rabta ma’ attentat ta’ serqa ħames snin ilu

Mara ta’ 27 sena qiegħda tinżamm arrestata wara li l-investigazzjonijiet mill-Iskwadra tar- Reati Maġġuri wasslu biex hi ġiet identifikata bħala s-suspettata ewlenija ta’ attentat ta’ serqa u feriment li seħħ ħames snin ilu.

Il-każ ġara fil-15 ta’ April, 2015, għall-ħabta tat-8:00 p.m, fi Triq Graham, Tas-Sliema. Minn stħarriġ li sar irriżulta li waqt li familja kienu deħlin f’darhom, fil-komun daħlet persuna liebsa maskla u ppuntat sikkina fid-direzzjoni tagħhom. L-allegat aggressur talab il-flus, bir-raġel jipprova jirreżisti, iżda sofra xi ġrieħi b’daqqiet ta’ sikkina.

L-investigazzjonijiet baqgħu għaddejin u fl-aħħar sigħat ġiet arrestata l-mara. Hi qiegħda tinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana, filwaqt li l-investigazzjonjiet għadhom għaddejjin.

Share With: