Arsenal ikeċċu lill-mascot tagħhom

Jery Ouy, il-bniedem wara l-mascot Gunnersaurus safa’ mkeċċi minn xogħlu wara servizz ta’ aktar minn 27 sena. 

Ir-raġuni ta’ din it-tkeċċija hi relatata mal-problemi finanzjarji li ħolqot il-pandemija tal-Covid-19. F’dawn l-aħħar jiem, Ouy esprima d-diżappunt tiegħu għal din id-deċiżjoni għalkemm ma tax tort sa barra lil dan il-klabb li kellu jasal għal dawn il-miżuri drastiċi.

Madankollu spikka ġest nobbli li wettaq il-player ta’ Arsenal Mesut Ozil li kif sar jaf li Ouy kien se jitkeċċa, offra li jħallas is-salarju fix-xahar tiegħu sakemm idum player tal-Gunners. Dan il-ġest kien imfaħħar mill-partitarji tal-klabb li jiggostaw lill-istess Ouy jilbes il-kostum ta’ Gunnersaurus sabiex jallegra lil dawk preżenti qabel partita partikolari fl-Emirates Stadium.

Share With: