Battibekk dwar ‘back benchers’ tal-Gvern “mixtrijin”

Fis-seduta tal-lum qam battibekk żgħir wara li d-deputat Nazzjonalista Chris Said irrimarka li hemm ‘back benchers’ tal-Gvern li huma mixtrijin.

Il-‘back benchers’ huma dawk id-deputati li la jokkupaw kariga ta’ ministru u lanqas ta’ segretarju parlamentari bid-deputat Għawdxi ried ifisser li l-Gvern qed jagħtihom karigi biex ma jikkritikawx.

Dan id-diskors urta lid-deputat Jean-Claude Micallef fejn qam u iddikjara li huwa la għandu konsulenzi u lanqas jokkupa xi kariga u nsista li ma jaċċettax min isejjaħ lilu u lil ‘back benchers’ oħra mixtrijin.

Id-deputat Nazzjonalista David Thake, li kien imissu jitkellem wara Said fuq l-abbozz ta’ liġi dwar ir-riforma fuq is-setgħat tal-ħatra, qal lil Micallef li l-kumment tiegħu kien qisu appell biex jieħu xi konsulenza għax insewh.

Id-deputat tal-Gvern irrispondih billi waqt li assigurah li ma qalx hekk għax ried xi konsulenza żied li meta l-PN ipprova jixtrih kulħadd jaf x’ġara.

Share With: