Boris Johnson jisħaq dwar l-importanza tal-effiċjenza fl-ittestjar … mistennija aktar restrizzjonijiet

Il-Prim Ministru Boris Johnson qal li jinsab grat bit-tim tiegħu, anke dawk li ġejjin minn partijiet fejn is-sitwazzjoni tal-pandemija hija aktar gravi minn oħrajn.

Huwa qal li kellu diskussjonijiet b’saħħithom f’Lancashire u li anke minkejja li ħadd ma jixtieq jintroduċi aktar restrizzjonijiet, dawn huma “neċessarji”. Johnson qal li se jkun qed joffri sapport lil dawk il-ħaddiema affettwati.

Il-PM qal li jifhem lis-Sindku ta’ Manchester Andy Burnham li ma jixtieqx jgħaddi għat-tielet livell ta’ restrizzjonijiet maħruġa minnu aktar kmieni din il-ġimgħa. Minkejja dan Johnson qal li s sitwazzjoni fiż-żona hija “gravi” u r-rata ta’ infezzjonijiet qed tiżdied. Għalkemm ma jixtieqx li jkun hu li jintervjeni, il-PM ma eskludiex dan il-fatt u għalhekk qal ikun aħjar jekk hu u Burnham jaħdmu id f’id għall-ġid ta’ kulħadd.

Johnson tkellem ukoll dwar l-importanza ta’ aktar ittestjar b’riżultati aktar effiċjenti b’mod speċjali sakemm jasal il-vaċċin tant mistenni. Qal li dawk li jirriżultaw jistgħu jgħinu b’mod sempliċi billi jiżolaw lilhom nfushom.

Share With: