Bosta jfakkru lil Fr Lino Cardona, l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna

Fr Lino Cardona, ġiżwita ta’ 76 sena, huwa wieħed mill-vittmi tal-Covid-19 li l-mewt tagħhom tħabbret aktar kmieni llum mill-Ministeru għas-Saħħa.

Il-mewt ta’ Cardona tħabbret fuq il-midja soċjali minn Fr Paul Chetcuti.

Intant fuq il-midja soċjali kienu bosta dawk il-ħbieb, kollegi u eks-studenti li fakkru lil Fr Cardona. Cardona rriżulta pożittiv għall-Covid-19 nhar it-Tnejn li għadda, u fl-aħħar jiem kien qed jirċievu l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.

Il-funeral tiegħu se jkun qed jiżvolġu għada fil-Knisja Parrokjali tan-Naxxar fl-10.30 a.m.

Share With: