Chelsea interessati f’Paulo Dybala

Chelsea qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-midfielder offensiv ta’ Juventus, Paulo Dybala. Huwa għadu qed jiddiskuti mad-diriġenti Bianconeri dwar tiġdid fil-kuntratt eżistenti tiegħu. Il-pjan hu li l-player Arġentin ta’ 26 sena jibqa’ maċ-champions Taljani għall-erba’ snin li ġejjin għalkemm s’issa ma kien hemm l-ebda żvilupp konkret.

Huwa għalhekk li Chelsea se jippruvaw jaħtfu din l-okkażjoni u jippruvaw joffrulu kuntratt attraenti li bih ikun jista’ jilgħab fi Stamford Bridge.

Ir-rapport jgħid ukoll li matul is-sajf, il-Blues ippruvaw jiksbu s-servizzi ta’ Lautaro Martinez ta’ Inter iżda dan tal-aħħar ftit deher interessat f’din l-offerta.

Share With: