Chelsea juru interess f’Declan Rice

Chelsea qed jippreparaw somma tajba sabiex jippruvaw jakkwistaw lid-difensur ta’ West Ham, Declan Rice.

Fl-aħħar logħba li West Ham lagħbu kontra Manchester City u li spiċċat fi draw ta’ 1-1, Rice spikka ferm fil-kwalitajiet difensivi tiegħu. Id-diriġenti tal-club minn Londra jafu li l-player qed jiġi segwit sew minn Chelsea u għalhekk se jagħmlu minn kollox sabiex iżommuh magħhom. Huma qed jippreparaw offerta tajba sabiex iżidu s-salarju tiegħu għal £60,000 fil-ġimgħa.

Fil-jiem li ġejjin mistenni aktar żvilupp fuq il-ġejjieni ta’ dan il-player li lagħab 105 partita mal-Hammers filwaqt li skorja tliet goals.

Share With: