Chris Smalling kuntent li se jerġa’ jilgħab ma’ Roma

“Irrid ngħin lil dan il-club jirbaħ l-unuri.” Din kienet id-dikjarazzjoni li għamel id-difensur ċentrali Ingliż, Chris Smalling, meta ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Taljani wara r-ritorn tiegħu fil-belt kapitali Taljana.

Wara li fl-istaġun li għadda dan il-plejer lagħab b’self mingħand Manchester United, matul dan l-istaġun id-diriġenti Giallorossi raw kif għamlu biex jakkwistawh għal kollox. Dan kollu ġara għaxart ijiem ilu meta Smalling iffirma kuntratt ta’ tliet snin għas-somma madwar €18-il miljun.

Matul l-istaġun li għadda Smalling spikka ferm mat-team immexxi minn Paulo Fonseca tant li kien strumentali fid-difiża. Fl-24 ta’ Novembru li għadda, huwa sar l-ewwel plejer Ingliż li skorja doppjetta fis-Serie A u għalhekk qabeż lil David Beckham li kien jilgħab ma’ AC Milan. 

Matul l-istaġun li għadda Smalling lagħab 30 logħba ma’ Roma u skorja tliet goals.

Share With: