Club mill-Arabja Sawdita joffri kuntratt lil Juan Mata

Il-midfielder offensiv Spanjol ta’ Manchester United, Juan Mata, qed jiġi segwit minn club mill-Arabja Sawdita. Hekk kif dan il-club partikolari ma ssemmix b’ismu, il-player ta’ 32 sena qed jiġi offrut kuntratt attraenti li fih ikollu salarju ferm ġeneruż. 

Mata qed jiddejjaq bis-sitwazzjoni tiegħu mar-Red Devils minħabba li ftit qed jingħata ċans jilgħab mal-ewwel ħdax tal-coach Ole Gunnar Solskjaer speċjalment wara li plejers bħal Donny Van de Beek u Bruno Fernandes qed jiġu preferuti minfloku. 

Il-kuntratt ta’ Mata f’Old Trafford jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun iżda l-ogħla awtoritajiet mill-belt ta’ Manchester lesti li jirrilaxxjawh qabel.

Mata ilu ma’ Manchester United sa mis-sena 2014 u minn dakinhar  lagħab 180 partita u skorja 33 goal.

Share With: