Co-option biex jimtela s-siġġu parlamentari ta’ Joseph Muscat

Se tkun tista’ ssir co-option biex jimtela s-siġġu parlamentari tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Dan wara li fl-aħħar sigħat iż-żewġ kontestanti li setgħu jixħtu n-nomina tagħhom biex jikkontestaw għażlu li ma jagħmlux dan minħabba raġunijiet personali fost raġunijiet oħrajn.

“Għalkemm definittivament li kieku iddeċidejt li nikkontesta l-elezzjoni każwali, kont insir Membru Parlamentari għal darb’oħra, mingħajr l-ebda pressjoni ta’ ħadd, bqajt inżomm mad-deċiżjoni li kont diġà ħadt”, saħaq dan Buontempo li spjega kif huwa kien iddeċieda li jirtira mix-xena politika u b’hekk ikkonferma li hu mhuwiex se jkun qed jikkontesta biex jieħu l-post vakat minn Muscat

Illum erġajt ikkonfermajt dik id-deċiżżjoni li kont ħadt wara li tħabbar ir-riżultat tal-Elezzjoni tas-sena 2017, liema…

Posted by Stefan Buontempo on Monday, October 12, 2020

Aktar qabel: Mark Causon filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li ħeġġewh u bagħtulu l-isbaħ xewqat għall-elezzjoni għas-siġġu vakanti ta’ Joseph Muscat, ikkonferma li mhuwiex se jitfa’ n-nomina tiegħu għal din il-pożizzjoni. Causon spjega li wara ħsieb profond u minħabba raġunijiet personali mhuwiex se jkun qed jitfa’ n-nomina għas-siġġu parlamentari. Huwa rringrazzja wkoll lill-Prim Ministru Robert Abela għall-appoġġ tiegħu u wiegħed li se jibqa’ joffri s-servizzi tiegħu lil dawk li jeħtieġu minn barra l-parlament.

Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħeġġewni u bagħtuli l-isbaħ xewqat għall-elezzjoni għas-siġġu vakanti tal-Onor…

Posted by Mark Causon on Monday, October 12, 2020

Causon flimkien ma’ Stefan Buontempo huma ż-żewġ persuni eleġibbli li jikkontestaw għal dan is-siġġu. F’każ li lanqas Buontempo; li sa issa għadu ma qal xejn dwar jekk hux se jkun qed jitfa’ n-nomina tiegħu, ma jagħmel dan il-pass, ikun il-partit li jibda proċess biex jagħżel lil xi ħadd li jkun jista’ jieħu dan il-post vakat mill-eks Prim Ministru.

Share With: