Cristiano Biraghi jġedded ma’ Fiorentina

Id-difensur xellugi Taljan, Cristiano Biraghi, ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Fiorentina sa Ġunju 2024. Il-player ta’ 28 sena verament jinsab għal qalbu jilgħab fi Stadio Artemio Franchi u kienet xi ħaġa naturali li jġedded il-ftehim tiegħu ma’ dan il-club.  

Fl-istaġun li għadda, Biraghi ingħata b’self lil Inter tant li għenhom jispiċċaw fit-tieni post tal-klassifika tas-Serie A. Madankollu matul dan l-istaġun, il-coach tal-Viola Giuseppe Iachini wera fiduċja fil-kwalitajiet tal-player tant li lagħab il-ħames logħbiet mill-kampjonat domestiku filwaqt li wettaq tliet assists lejn sħabu li ssarrfu f’goals. 

Finalment Biraghi sostna li jixtieq ikun parti mill-proġett ta’ Fiorentina għall-futur u lest jagħti dak kollu li jaf sabiex il-Viola jkollhom staġun aktar pożittiv mill-istaġun li għadda.  

Share With: