Cruiseliner ma jitħalliex iniżżel passiġġieri f’pajjiżna minħabba suspett ta’ persuna infettata bil-Covid-19

Dalgħodu l-awtoritajiet Maltin kienu nfurmati li fuq cruiseliner li kien fi triqtu lejn pajjiżna kien hemm każ suspettat…

Posted by Julia Farrugia Portelli on Friday, 16 October 2020

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli aktar kmieni ħabbret li dalgħodu l-awtoritajiet Maltin kienu infurmati li fuq cruiseliner li kien fi triqtu lejn pajjiżna kien hemm każ suspettat ta’ covid li għadu mhux ikkonfermat.

Farrugia spjegat li l-vapur tħalla jidħol Malta għal waqfa teknika ta’ ftit sigħat imma l-ebda persuna ma tħalliet tinżel l-art. Dan wara li skattaw il-protokolli maqbula mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin fejn jistipulaw li l-ebda passiġġier ma jitħalla jinżel għall-eskursjonijiet f’każijiet bħal dawn.

Il-vapur se jsalpa ‘l barra issa.

Share With: