Cuschieri u Licari jissospendu lilhom infushom

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji Joseph Cuschieri, b’konformità mal-prinċipji ta’ governanza tajba, ssospenda lilu nnifsu b’effett immedjat mid-dmirijiet tiegħu. Dan sabiex l-istess Awtorità twettaq kwalunkwe verifika meħtieġa b’rabta ma’ rappurtaġġ li deher fil-midja fl-aħħar jiem.

L-Avukat tal-MFSA, Edwina Licari wkoll ssospendiet lilha nfisha b’effett immedjat mid-dmirijiet taghha, dan sabiex l-istess Awtorità tagħmel il-verifiki meħtiega.

Is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali ser jibqa’ ffokat fuq l-implimentazzjoni tal-viżjoni u l-istrateġija tal-MFSA.

Share With: