Dalma sewda wara maltempata bir-ragħad … aktar ħalbiet tax-xita mbassra fis-sigħat li ġejjin

Bil-kuntrarju ta’ dawn l-aħħar ġimgħat, dalgħodu bħal dalma sewda tfaċċat f’diversi postijiet madwar il-pajjiż hekk kif dal-lejl maltempata bir-ragħad ħakmet in-Nofsinhar u ċ-ċentru tal-pajjiż.

Iżjed ħalbiet tax-xita, possibilment qawwija u bir-ragħad huma mbassra għall-kumplament tal-jum kif ukoll matul il-jum taw-tlieta.

Skont it-tbassir tat-temp maħruġ mill-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, illum se nkunu qed nesperjenzaw l-aktar ġurnata friska minn fost is-sebat ijiem li ġejjin. It-temperatura se tkun qiegħda tinżel sa 17-il grad u mistennija tinħass madwar 19-il grad. 

Share With: