Dimostrazzjoni paċifika mill-komunità Niġerjana f’pajjiżna fid-dawl tal-ġlied bejn il-poplu Niġerjan u l-Pulizija tal-istess pajjiż

Fid-dawl tal-instabbilità enormi li bħalissa qiegħda tirrenja fin-Niġerja bejn il-popolin Niġerjan u l-pulizija tal-istess pajjiż, il-komunità Niġerjana f’pajjiżna se tkun qed torganizza dimostrazzjoni paċifika. Din se tkun organizzata għada fit-3:00 p.m quddiem il-Parlament Maltin, fil-Belt Valletta.

Fl-aħħar ġimgħat, l-aħbarijiet internazzjonali kienu mixgħula b’dak kollu li brutalment qiegħed jiġri fin-Niġerja. Fid-dimostrazzjonijiet li qegħdin isiru fin-Niġerja, l-Pulizija u l-forzi tal-ordni Niġerjani fetħu n-nar fuq iċ-ċittadini Niġerjani stess. B’dawn tal-aħħar ma jkunux jistgħu jiddefendu lilhom infushom. Sa issa inqatlu 69 Niġerjan kawża ta’ azzjonijiet brutali mill-Pulizija.

Share With: