Disa’ ommijiet jistennew li jwelldu bl-IVF

Fil-preżent hawn disa’ ommijiet li flimkien mar-raġel jew sieħeb tagħhom qed jistennew li jwelldu wara li sarilhom IVF.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta dan it-tagħrif fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Fearne semma kif bħalissa hemm 164 persuna jew koppja li qed jistennew biex issirilhom l-IVF fil-klinika apposta li hemm fl-Isptar Mater Dei.

Huwa żied li skont ir-reġistri tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun mill-2015, meta fetħet din il-klinika, sal-24 ta’ Ottubru li għadda saru 1,053 ċiklu u s’issa twieldu 203 trabi b’113 bniet u 90 subien.

Share With: