Dundee United se jnaqqsu s-salarju tal-players tagħhom
Il-club mill-Kampjonat Premier Skoċċiż, Dundee United, se jkun qed inaqqas is-salarju tal-players tagħhom wara d-diffikultajiet finanzjarji li qed jesperjenza kawża tal-pandemija tal-Covid-19.
Is-sid ta’ dan il-club li ġie promoss għall-ogħla diviżjoni Skoċċiża, Mark Ogren, warrab kull idea li se jkeċċi xi nies li jaħdmu fil-ground tagħhom u għalhekk issuġġerixxa li l-players li jiffurmaw l-iskwadra tal-kbar iċedu parti mis-salarju tagħhom sabiex ikomplu jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema anċillari.
Ogren sostna li n-nuqqas ta’ partitarji fil-ground tagħhom effettwahom negattivament u minkejja li ħadu xi flus mid-drittijiet televiżivi, il-bilanċ finanzjarju tagħhom ma kellux effetti pożittivi.