Edinson Cavani: Kont se nieqaf mill-football

L-attakkant il-ġdid ta’ Manchester United, Edinson Cavani, żvela li meta sar jaf li kien pożittiv għall-Covid-19 kien qed jaħsibha li jieqaf mill-football. 

“Kien wara li wasalt mill-vaganza li kelli fi Spanja mal-għarusa tiegħi li bdejt inħoss xi sintomi relatati mal-coronavirus. L-ewwel test li għamilna rriżulta fin-negattiv iżda kellna nagħmlu ieħor minħabba li hi ħassitha ftit ma tiflaħx,” beda biex qal Cavani. 

L-ex player ta’ Palermo, Napoli u Paris St Germain, qal li l-familja tiġi l-ewwel għalih tant li ddiskuta din id-deċiżjoni proprju mal-istess sieħba tiegħu. Huwa żvela li talab ħafna sabiex dan iż-żmien jgħaddi u ħa kollox b’paċenzja kbira.

Illum il-ġurnata, huwa jirringrazzja ‘l Alla li se jagħtih opportunitá tad-deheb li jilgħab ma’ Manchester United li fissirhom bħala wieħed mill-aqwa klabbs fid-dinja.

Share With: