Edouard Mendy jirritorna ma’ Chelsea b’injury

L-akkwist il-ġdid ta’ Chelsea, Edouard Mendy, irritorna ma’ Chelsea b’injury li sofra waqt li kien fl-azzjoni mat-team nazzjonali tas-Senegal. Jidher li wara sessjoni ta’ taħriġ, l-ex goalkeeper ta’ Rennes ħass xi uġigħ f’siequ u wara li t-tobba rawh, ġie deċiż li ma jirriskjawhx għal-logħob.

It-team nazzjonali tas-Senegal lagħab kontra l-Marokk filwaqt li nhar it-Tlieta jmissu jilgħab kontra l-Mauritania f’żewġ partiti ta’ ħbiberija sabiex jippreparaw ruħhom għal-logħbiet mit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.

L-istqarrija mill-federazzjoni tal-football Senegaliża tgħid li Mendy ħass uġigħ f’koxxtu l-leminija u wara xi testijiet intbagħat mill-ġdid f’Londra sabiex isirulu aktar viżti mit-tobba ta’ Chelsea.

Mendy iddebutta ma’ Chelsea fit-3 ta’ Ottubru li għadda fir-rebħa kbira ta’ 4-0 li kellhom kontra Crystal Palace.

Share With: