Eluf ta’ dimostranti jfakkru lill-għalliem li ħanxrulu rasu viċin skola f’Pariġi

Il-Prim Ministru Franċiż ngħaqad mal-eluf ta’ dimostranti li nġabru biex ifakkru l-memorja tal-għalliem tal-istorja li spiċċa b’rasu mħanxra fi skola f’Pariġi.

Skont l-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-għalliem inqatel wara li uża l-cartoons biex juri lill-profeta Mohammed fil-klassi. Samuel Paty ta’ 47 sena nqatel b’mod makabru u wara ħanxrulu rasu fil-kapitali Franċiża l-Ġimgħa waranofsinhar.

B’rabta mal-investigazzjoni tal-qtil, il-Pulizija qiegħda żżomm arrestati 11-il persuna. Is-suspettat ewlieni bl-isem ta’ Abdoulakh A nqatel b’tiri mill-Pulizija wara li qatel l-għalliem bla ħniena ta’ xejn viċin tal-iskola fejn kien jgħallem.

Share With: