Erba’ clubs wara Alexandre Pato

Erba’ timijiet jinsabu interessati fl-attakkant internazzjonali Brażiljan, Alexandre Pato. Illum huwa għandu 31 sena u bħalissa jinsab bla club. B’hekk hu jista’ jingħaqad ma’ min irid peress li m’għandux kuntratt speċifiku ma’ club jew ieħor.  

Huwa għalhekk li Genoa, Spezia, Monza u Birmingham City qed iħarsu lejn il-possibbiltá li jiksbu s-servizzi ta’ Pato li huwa magħruf l-iktar għaż-żmien li qatta’ jilgħab ma’ AC Milan, Chelsea u Corinthians.  

Bħalissa Pato qed jagħrbel sew id-deċiżjoni tiegħu sabiex jagħżel l-aqwa offerta wara li ftit tal-ġimgħat ilu ġie rilaxxjat minn Sao Paulo.  

Share With: