Ewtanasja għal tfal ta’ anqas minn 12-il sena fl-Olanda

Fid-dinja li qed ngħixu fiha llum ta’ spiss bi pjani jew proposti li jaħsduna. Dan l-aktar meta jinvolvu l-ħajja jew it-tmiem tagħha. Huma proposti li joħoqlu diskussjoni, b’min jaqbel u oħrajn ikunu kontra.

Il-Gvern Olandiż se jkun qed iħalli li ssir ewtanasja volontarja għal tfal ta’ bejn l-ewwel sena u t-tnax-il sena. Dan se jkun qed isir wara xhur ta’ diskussjonijiet.

Fil-fatt l-Olanda se tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li tintroduċi l-ewtanasja volontarja.  Kif inhi l-liġi bħalissa l-ewtanasja hi applikabbli għal persusni ta’ ‘l fuq minn 12-il sena. Issa. il-Ministru għas-Saħħa Olandiż, Hogo de Jong, qal li se jsiru tibdiliet u dan biex grupp żgħir ta’ tfal itemmu l-uġigħ li jkunu għaddejjin minnu.

Share With: