Fabian Ruiz fir-radar ta’ Real Madrid

Il-ġganti Spanjoli Real Madrid qed juru interess fil-player ta’ nofs il-grawnd ta’ Napoli Fabian Ruiz. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u impressjona ferm f’dan il-bidu ta’ staġun ġdid fis-Serie A meta qed jgħin lit-team tiegħu jikseb riżultati pożittivi. Id-diriġenti Madrileni jinsabu impressjonati bil-logħob li qed juri f’nofs il-ground bil-coach Zinedine Zidane li ta parir sabiex dan il-player jiġi jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu. 

Ruiz ilu ma’ Napoli sa mis-sena 2018 wara esperjenza fi Spanja ma’ Real Betis. Hu lagħab 63 partita mal-Partenopei filwaqt li skorja tmien goals. Huwa lagħab ukoll seba’ partiti mat-team nazzjonali Spanjol u ħafna qed iqisuh bħala l-midfielder li se jispikka fis-snin li ġejjin.  

Ruiz kemm-il darba qal li jinsab kuntent ma’ Napoli għalkemm wieħed irid jara x’se tkun l-offerta li se jkunu qed jippreżentawlu Real Madrid.  

Share With: